PARROCCA SANT' ANDRIJA

Progetti Godda u Restawr

Jitlesta x-xoghol fuq il-bejt tal-knisja

Ix-xoghol fuq il-bejt tal-Knisja li kien inbeda f'Settembru tas-sena l-ohra tlesta kollu.  Dan ix-xoghol kien wiehed estensiv.  L-ewwel kellu jitnehha l-membraine l-antik kollu li kellu aktar minn tlettin sena u wara saret tiswija fil-partijiet fejn kien hemm hsara kbira fid-deffun.  Tnehhew ukoll diversi pajpijiet tal-conduite antiki li kienu msadda u kienu qed jaghmlu hafna hsara specjalment fil-parti qrib il-koppla. Minbarra dan tnehhew il-passati ta' qatran li saru qabel twahhal il- membraine l-antik. Dan sar biex ma jkunx hemm reazzjoni kimika mal-materjal il-gdid.

Wara dan il-process beda jinghata l-liquid membraine il-gdid. Dan ix-xoghol kien jikkonsisti f'kisja irqieqa li fl-istess waqt li saret twahhlet maghha xibka apposta biex ix-xoghol ikun aktar maghqud. Wara dan inghataw zewg kisjiet ohra bil-liquid membraine.  Biex ix-xoghol ikun protett mix-xemx u wkoll biex ikompli jissigilla l-bejt kontra l-ilmijiet inghataw zewg passati zebgha prottettiva. Il-liquid membraine uzat joffri diversi vantaggi fosthom li wiehed jista jimxi fuq il-bejt minghajr ma jaghmel hsara filwaqt li l-arja tghaddi minnu biex hekk il-bejt jista jinxef minn taht filwaqt li ma jixrobx aktar ilma.

 Kif wiehed seta jara waqt l-Open Day li saret fuq il-bejt tal-Knisja fit-30 ta' Novembru li ghadda, ix-xoghol sar bil-galbu u gew protetti partijiet li qatt qabel ma kienux protetti kontra l-ilmijiet. Fost dawn insibu l-kamra fejn hemm il-makkinarju biex jittella’ t-tuzell kif ukoll il-kampnari u fuq il-hitan tal-faccata tal-knisja. B'dan il-progett lest issa nistghu nserhu rasna li l-bejt mhux qed jixrob ilma u ghalhekk jista jinxef sew qabel ikun il-waqt li jibda r-restaw tas-saqaf minn gewwa.

 

Hajr lil J. Grima

Fazijiet waqt ix-xoghol ta' restawr fuq il-bejt tal-knisja